Merħba
Jekk nifhmu u nitkellmu l-lingwi barranin, ħajjitna ssir aktar faċli meta nsiefru u niltaqgħu ma’ nies minn pajjiżi differenti. Il-lingwi huma pjaċevoli. Jiftħu l-bibien għal ħbiberiji ġodda, kulturi ġodda u opportunitajiet ġodda. L-Unjoni Ewropea għandha 24 lingwa uffiċjali. Ejja nduqu ftit minn dawn il-lingwi biex nittawlu wara wħud minn dawk il-bibien.